Merħba f'din il-Website
 

"L-AKBAR IMĦABBA"

WIRJA
TAL-PASSJONI, L-MEWT
U L-QAWMIEN MILL-MEWT TA' SIDNA ĠESU KRISTU

26, CAPPADOCIA STREET QORMI

Il-Wirja tkun miftuħha mis-27 ta' Marzu sas-6 t' April 2012


MIFTUĦHA KULJUM MID-9:30A.M. SA 12:00P.M.
U MILL-5:30P.M. SAD-9:00P.M.
ĦAMIS IX-XIRKA MID-9:30A.M. SA 12:00P.M
U MILL-5:00P.M. SAL- 11:00P.M.
ĠIMGĦA L-KBIRA MIT-8:00A.M. SAL-10:00P.M.

ID-DĦUL GĦAL DIN IL-WIRJA HU MINGĦAJR ĦLAS.

   
   

 

Insellmilkom,

Ħbieb,

Għal darba oħra erġajna qegħdin fir-Randan Imqaddes u għalhekk mill-ġdid qed nerġa' niltaqa' magħkom permezz ta' dan il-messaġġ f'din il-Website. Iż-żmientar-Randan Imqaddes huwa żmien ta' talb, riflessjoni w sagrifiċċju biex fih nippreparaw ruħna kif jixraq għall-ikbar festa tal-Knisja l-Għid il-Kbir. Biex tkompli tgħina nirrifletu l- imħabba kbira li għandu għalina l-Mulej u ddaħħalna fl-ispirtu ta' dan iż-żmien qiegħed nerġa' ntella' Wirja tal-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt ta' Sidna Ġesu' Kristu bl-isem ta' "l-Ikbar Imħabba" li tikkonsisti mhux biss fi Statwi imma wkoll f'diversi simboli konnessi ma' dan iż-żmien qaddis. Din il-Wirja għandha tgħina wkoll nidħlu aktar fina nfusna u nirranġaw aħjar ħajjitna u nirriflettu aktar fuq kemm ħabbna Alla, li hu tant ħabbna li bagħat lill-ibnu l-waħdieni biex jieħu l-Mewt għalina biex isalvana mid-dnub. għax biex jinħafer id-dnub tad-dinja w aħna niġu mifdija mid-dnub, Ġesu' Kristu tant ħabbna li ried jagħmel ir-rieda ta' Alla l-Missier u jieħu l-mewt l-iżjed ħarxa l-Mewt tas-Salib.

Nawgura l-Għid it-tajjeb lil kulħadd